EUROPE
D I R E C T
hawnhekk, wieħed jista’ jsib xi eżempji ta’ mistoqsijiet li huma jistaqsu.
ta’ kull xahar, eluf ta’ ċittadini jagħmlu kuntatt maċ-ċentru ta’ kuntatt ta’ europe direct ❙
BIEX IFITTXU XOGĦOL
>>
FR > Irrid insib kamp ta’ taħriġ ta’ restawrazzjoni fl-Ewropa għat-tifel tiegħi li għandu 15-il sena b’żgħażagħ li jkunu ġejjin minn pajjiżi Ewropej differenti. Tistgħu jekk jogħġobkom tatuni lista ta’ assoċjazzjonijiet? IRL > Irrid ngħix u naħdem fi Spanja u nitgħallem xi ftit Spanjol. Tistgħu tgħinuni? HU > Qiegħed infittex xi xogħol fi Spanja bħala bennej. Tistgħu jekk jogħġobkom tgħinuni nsib xogħol? IT > Irrid naħdem bħala ners f’xi pajjiż ieħor ta’ l-UE. Min fejn nista’ nikseb aktar tagħrif dwar opportunitajiet ta’ xogħol?
CZ > Jiena student u rrid naħdem fir-Renju Unit għal xahar-xahrejn matul is-sajf. Tistgħu tgħinuni? FR > Jiena għandi ‘A’-level fil-matematika u qiegħed infittex xogħol. Hemm xi mod kif nista’ nqassam is-CV tiegħi madwar l-UE? Jekk iva, kif nista’ nagħmel dan? SV > It-tifel tiegħi irid jaħdem f’pajjiż ieħor. Min fejn jista’ jikseb informazzjoni? PT > Irrid insib il-mudell tas-CV standard Ewropew. Tistgħu tgħinuni? ES > Irrid inkompli l-istudji tiegħi fl-Iskozja u naħdem fl-istess ħin. Min fejn nista’ nsib tagħrif utli? MT > X’inhuma l-opportunitajiet ta’ xogħol jew ta’ studju għall-mużiċisti f’pajjiżi oħra ta’ l-UE?
hawnhekk, wieħed jista’ jsib xi eżempji ta’ mistoqsijiet li huma jistaqsu.
ta’ kull xahar, eluf ta’ ċittadini jagħmlu kuntatt maċ-ċentru ta’ kuntatt ta’ europe direct ❙
BIEX JAGĦMLU NEGOZJU
>>
FR > Fil-Vjetnam, inħolqot opportunità ta’ żvilupp kbira għall-SME tagħna. Nixtiequ nibdew nesportaw lejn dan il-pajjiż prodotti li huma tipikament Franċiżi. Kif nistgħu niksbu għajnuna mill-UE ? ES > Il-kumpanija tiegħi trid tħaddem ħaddiem Pollakk. X’irridu nagħmlu? PL > Għandi aġenzija interim fil-Polonja u rrid nibgħat ħaddiema Pollakki lejn Franza għal perjodi qosra. X’inhi l-proċedura fir-rigward tas-sigurtà soċjali? Iridu jħallsu xi ħlasijiet oħra fi Franza? Jirċievu xi pensjoni aktar tard? IRL > Jekk jogħġbok, tista’ tgħidli jekk għandix nagħmel struzzjonijiet bil-lingwa tal-lokal jekk inbigħ prodotti f’pajjiżi oħra ta’ l-UE? HU > X’tip ta’ għajnuna tista’ tipprovdi lil SME li qegħda tħabbat wiċċha ma’ problemi finanzjarji serji? Kif nistgħu insibu sħab kummerċjali jew sħab fin-negozju fl-UE? FR > Jiena intraprenditur żgħir li wasalt biex noħloq kumpanija tiegħi. X’possibiltajiet ta’ fondi jeżistu sabiex jgħinu lill-kumpanija tiegħi? UK > Qiegħed nippjana li nistabbilixxi negozju fir-Renju Unit, tista’ tagħtini parir fuq il-proċedura ta’ reġistrazzjoni u kif nista’ nestendi l-attivitajiet kummerċjali tiegħi f’pajjiż ieħor ta’ l-UE? DE > Qegħdin nimportaw filtri ta’ l-arja mit-Tuneżija. X’irridu nkunu nafu dwar il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE? GR > Bħala mekkanik li naħdem għal rasi, għadni kif ħloqt kumpanija u rrid inkun naf jekk jistax ikun hemm finanzjament biex nixtri apparat tal-kompjuter għal din il-kumpanija. PT > Irrid inkun naf jekk huwiex possibbli li nistabbilixxi negozju fil-Portugall b’fergħat fi Stati Membri oħra ta’ l-UE. IT > X’inhuma r-regoli sabiex wieħed jimporta oġġetti fl-UE? Għandi kumpanija f l-Italja u nixtieq nimporta prodotti eżotiċi SL > Minn fejn nista’ nikkontrolla n-Numru tal- VAT ta’ kumpanija?