Docstoc

INTEGRITY OF CREATION - DOC

Document Sample
INTEGRITY OF CREATION - DOC Powered By Docstoc
					                              ĦARSIEN TAL-ĦOLQIEN

                                 PROBLEMA
                           GĦAR-RELIĠJUZI TAL-LUM

                                  GLOBAL WARMING
                                          U
                                  TIBDIL TAL-KLIMA



  Imħejji mill-Working Group tal-Global Warming tal-promoturi tal-
                          JPIC, Ruma, Italja - Marzu 2002
Jekk trid tibgħat il-kummenti jew mistoqsijiet tiegħek jew jekk trid xi informazzjoni oħra, jekk jogħġbok
                                          ikkuntattjana fuq:
                                 jpicclimatechange@yahoo.co.uk
                       Web page: www.ofm-jpic.org/globalwarming
L-impatt tat-tibdil tal-klima fuq il-ħajja
Introduzzjoni: Dan il-fuljett jipprova jagħtik informazzjoni ċara fuq it-tibdil tal-
klima u fuq il-global warming kif ukoll ftit għajnuna biex tindirizza dawn it-temi fuq
livell lokali, reġjonali jew nazzjonali. Nittamaw li dan il-fuljett jgħinek biex tifhem
aħjar it-tqassim tas-suġġett u l-bżonn li nsalvaw il-pjaneta tagħna.

Hawn ukoll xi siltiet mill-iskrittura u għejun teologali għal użu fi gruppi u
komunitajiet u xi riżorsi għall-edukazzjoni u l-formazzjoni tiegħek. Dan il-fuljett ma
jweġibx kull mistoqsija fuq it-tibdil tal-klima u l-global warming, imma kultant, li
tkun taf fejn għandek tfittex l-informazzjoni hu pass ‟il quddiem biex tifhem s-
suġġett.

Dan il-fuljett se jipprova jwieġeb dawn il-mistoqsijiet:

X‟inhuma t-tibdil tal-klima u l-global warming?

X‟qed jikkawża l-global warming:
    X‟inhuma l-konsegwenzi għall-ġustizzja soċjali?
    X‟inhuma l-implikazzjonijiet?

Għaliex għandhom ir-reliġjużi jagħtu każ u jinpenjaw ruħhom?

X‟tgħid it-tradizzjoni tal-fidi tagħna dwar l-ekoloġija?

X‟nistgħu nagħmlu ISSA?


X’inhuma t-Tibdil tal-Klima u l-Global Warming?
L-arja hi magħmula minn għadd ta‟ gassijet imħallta flimkien fi kwantitajiet diversi.
Kull gass għandu l-kwalitajiet partikulari tiegħu. Xi wħud minn dawn il-gassijiet –
prinċipalment carbon dioxide, methane, nitrous oxide u chlorofluorocarbons (CFCs) –
iżommu d-dinja sħuna bl-istess mod li l-ħġieġ iżomm serra sħuna. Għalhekk
insejħulhom greenhouse gases. Dawn il-gassijiet iħallu s-sħana tidħol fid-dinja imma
x‟ħin tiġi biex toħroġ iwaqqfuha u jibagħtuha lura lejn id-dinja. Il-kwantità ta‟ dawn
il-gassijiet fl-atmosfera qiegħda kull ma jmur tiżdied.

It-temp u l-klima tad-dinja jiddependu mill-enerġija li x-xemx tibgħat lejn id-dinja fil-
forma ta‟ raġġi. Dawn ir-raġġi, għalkemm ta‟ l-istess natura, ikollhom saħħa
differenti. Ejja naraw x‟jiġri minn 100 raġġ li jaslu mix-xemx. Malli jaħbtu ma‟ l-
atmosfera sitta minnhom jiġu riflessi (l-atmosfera ġġib ruħha ta‟ mera) lura lejn l-
ispazju. Hekk ukoll 20 minnhom jiġu riflessi mis-sħab. Jibqa‟ 74, li minnhom 19 jiġu
assorbiti mill-atmosfera u mis-sħab u 55 jaslu sa l-art. Minn dawn erbgħa jiġu riflessi
u jibqgħu sejrin fl-ispazju u l-bqija jiġu assorbiti mill-art.

Kull raġġ li jiġi assorbit kemm mill-atmosfera u kemm mill-art jinbidel fi sħana.
Għaldaqstant il-wiċċ tad-dinja jisħon. Meta jisħon jibda jipproduċi raġġi li l-biċċa l-
kbira tagħhom jaqbdu t-triq għall-ispazju. Tajjeb ngħidu li dawn ir-raġġi ikunu ta‟
anqas saħħa minn dawk li tkun assorbiet l-art. Jiġri li huma hu sejrin ‟il barra mid-


                                             2
dinja jiltaqgħu mal-greenhouse gases li jassorbuhom. B‟hekk l-arja tisħon u tibgħat
madwar 90 fil-mija tar-raġġi li jkunu ġew assorbiti lura lejn id-dinja. Dan hu proċess
naturali u li ma kienx għalih it-temperatura medja tad-dinja minflok 15ºC kienet tkun
-18ºC.

Kemm ilha li seħħet ir-rivoluzzjoni industrijali, il-konċentrazzjoni tal-carbon dioxide
fl-arja żdiedet bi kważi 30%, tal-methane aktar minn irdoppjat u tan-nitrous oxide
żdiedet b‟madwar 15%. Il-problema hi li biż-żieda tal-greenhouse gases fl-arja qed
ikun hemm aktar raġġi li jiġu assorbiti waqt li jkunu qed jaħarbu lejn l-ispazju. Dan
ifisser li aktar sħana tinqabad fid-dinja u allura d-dinja tilħaq temperatura ogħla. Ix-
xjentisti jaħsbu li l-ħruq tal-fossil fuels (faħam, petrol eċċ.) u xi attivitajiet umani oħra
huma l-kawża ewlenija taż-żieda fil-konċentrazzjoni tal-carbon dioxide u l-
greenhouse gases l-oħrajn.

It-tibdil tal-klima hi waħda mill-aktar sfidi serji li qed tiffaċja d-dinja fis-seklu 21.
Minn studji riċenti ħarġet evidenza ġdida u aktar ċerta li l-biċċa l-kbira taż-żieda fis-
sħana osservata fl-aħħar 50 sena ġejja minn attivitajiet umani. Il-global warming fil-
futur hu akbar milli kienu jaħsbu.

Ħafna mill-istudji fuq it-tibdil tal-klima jaqblu li qed niffaċċjaw żieda ċerta fit-
temperatura tad-dinja u li t-tibdil tal-klima probabbilment diġa beda. F‟Diċembru tal-
1997 u aktar riċenti f‟Diċembru tal-2000, l-Intergovernmental Panel on Climate
Change (IPCC), organiżżazjoni ta‟ ‟l fuq minn 2000 xjentist internazzjonali, jagħtina
idea tar-realta preżenti:
     Diżastri naturali aktar qawwija u frekwenti bħal terremoti, għarar, urugani,
        ċikluni u nixfiet se jiżdiedu. Maltempati kbar żdiedu b‟erba‟ darbiet mill-1960.
     It-temperatura tad-dinja tista tiżdied b‟medja ta‟ 5ºC matul dan is-seklu, imma
        ż-żiediet jistgħu jkunu akbar f‟ċerti żoni. Il-kappa tas-silġ fl-Artiku diġa rqaqet
        b‟mod sinifikanti.
     Il-qerda tal-foresti taħti għal 20% taż-żieda tal-carbon dioxide fl-arja li ġejja
        minn attivitajiet umani.
     Mit-Tieni Gwerra Dinjija ‟l hawn in-numru tal-vetturi fid-dinja żdied minn 40
        miljun għal 680 miljun; il-vetturi jżidu ma‟ l-ammont ta‟ carbon dioxide fl-
        arja li hu kkawżat mill-bniedem.
     Matul l-aħħar 50 sena kkonsmajna mill-anqas nofs l-enerġija li ma tiġġeddidx
        (dik li ġejja minn sorsi li jistgħu jintużaw darba biss eż. faħam, żejt eċċ.) tad-
        dinja u qridna aktar minn nofs il-foresti.


X’jikkawża l-Global Warming?
Il-Global Warming ġejja miż-żieda fil-konċentrazzjoni tal-greenhouse gases fl-
atmosfera minħabba f‟attività umana jew industrijali. Il-greenhouse gas priniċipali hu
l-carbon dioxide li fil-biċċa l-kbira jiġi prodott mill-ħruq tal-fuels bħal faħam, żejt,
gass, siġar eċċ. Peress li s-siġar ineħħu l-carbon dioxide mill-arja, il-qerda tal-foresti
tagħmel ħsara doppja: it-tneħħija tas-siġar li jneħħuh u l-ħruq tagħhom li jipproduċih.
L-oċeani wkoll kapaċi jassorbu kwantitajiet kbar ta‟ carbon dioxide, imma qed jiġi
ġenerat aktar milli kapaċi jifilħu. Il-methane huwa gass li ġeneralment jiġi ġenerat fl-
arja minn proċessi agrikoli bħat-tkabbir tar-ross u t-trobbija tal-bhejjem, mit-taħsir ta‟
oġġetti organiċi (eż. pjanti u annimali) u waqt it-tħaffir u l-estrazzjoni tal-faħam, żejt


                                               3
jew gass. In-nitrous oxide jiġi mill-użu ta‟ ċerti fertilizzanti u mill-ħruq ta‟ fossil
fuels. Is-CFCs huma gassijiet li kienu jintużaw fil-bottijiet ta‟ l-isprej, fil-friġis u friżi
u kienu jispiċċaw fl-arja waqt l-isprejjar jew waqt il-manutenzjoni u skreppjar tal-
friġis u friżi. Is-CFCs jagħmlu ħafna ħsara lill-ozone layer (li tħarisna mir-raġġi
qawwija tax-xemx) u l-użu tagħhom qed jinqata‟ taħt il-Protokoll ta‟ Montreal.

Fil-100 sena li għaddew, il-konsum ta‟ l-enerġija fid-dinja żdied b‟mod ta‟ l-għaġeb.
Ta‟ l-anqas 70% ta‟ l-enerġija tiġi kkonsmata mill-pajjiżi żviluppati; u 78% ta‟ din l-
enerġija tiġi mill-fossil fuels. Dan joħloq żbilanċ li jħalli xi reġjuni fil-faqar u oħrajn
igawdu benefiċċji kbar. Sadanittant, il-fondi għal enerġija renewable (is-sors ta‟ l-
enerġija ma jinħeliex) bħall-enerġija solari, riħ, biomass (ħruq ta‟ affarjiet organiċi),
hydro (saħħa ta‟ l-ilma ġej mill-muntanji), b‟mod partikolari mini u micro-hydro (fuq
skala żgħira), li hija parti importanti fit-tnaqqis ta‟ l-użu tal-fossil fuels, kemm
f‟pajjiżi żviluppati u mhux żviluppati, jibqgħu baxxi ħafna, ipparagunati ma‟ fondi
t‟għajnuna u investimenti allokati għall-fossil fuels u għall-enerġija nuklejari.

Il-qerda tal-foresti, barra li taħti għal 20% taż-żieda tal-carbon dioxide fl-arja, iġġib
tibdil fil-klima tal-lokal u fiċ-ċiklu ta‟ l-ilma. B‟hekk taffetwa l-fertilità tal-ħamrija.

Biex nevitaw tibdil fil-klima li jġib ħsara kbira jenħtieġ li nistabilizzaw il-livell
preżenti tal-greenhouse gases fl-atmosfera malajr kemm jista jkun. Biex nagħmlu dan,
irridu nnaqsu l-emissjoni tal-greenhouse gases b‟mill-anqas 50%, skond l-IPCC. Jekk
ma jsir xejn, dawn li ġejjin huma l-ħsarat li nistgħu nistennew:

Konsegwenzi:

     Il-livell ta‟ l-ilma baħar jogħla b‟konsegwenzi koroh ħafna. L-aktar fil-periklu
      huma nies li jgħixu fi gżejjer baxxi, f‟żoni kostali popolati ta‟ ħafna pajjiżi u
      fejn ix-xmajjar jinfdu fil-baħar. Stima tgħid li sa l-2020, sa tlett kwarti mill-
      popolazzjoni tad-dinja tista‟ tkun f‟riskju ta‟ nixfa jew għarar. Il-pajjiżi l-foqra
      se jsofru b‟mod sproporzjonat mit-tibdil tal-klima; minn banda minħabba l-
      lokalità tipika tagħhom u minn banda minħabba li ftit li xejn għandhom riżorsi
      biex jagħmlu tajjeb. Per eżempju, m‟għandhomx air-conditioners biex jagħmlu
      tajjeb għas-sħana.
     In-nies u ħlejjaq oħra fid-dinja diġa qed isofru mit-tibdil tal-klima. Tbassir
      xjentifiku jindika żieda fil-wisgħa u s-severità ta‟ dawn is-sofferenzi, per
      eżempju, stress minħabba s-sħana, u żieda u tifrix lejn it-tramuntana u n-
      nofsinhar tal-ekwatur ta‟ mard li jittieħed mill-insetti. Dan isir għaliex iż-żieda
      tat-temperatura b‟mod ġenerali qed tagħmilha possibli li l-instetti li jxerrdu l-
      mard jgħixu f‟inħawi ġodda. Peress li l-pjanti sensittivi ħafna għas-sħana,
      jiżdied ukoll in-nuqqas t‟ikel.
     Jekk ma titteħidx azzjoni biex jittnaqqsu sew l-emissjonijiet tal-greenhouse
      gases, fi żmien 50 sena, l-ispiża li toħroġ mill-effetti tal-global warming tista‟
      tikber sa $300 biljun. Jekk il-mexxejja politiċi tagħna u dawk li jagħmlu l-
      policies ma jagħmlux xi ħaġa malajr, l-ekonomija tad-dinja se taqla‟ daqqa ta‟
      ħarta serja. Matul l-għaxar snin li għaddew, id-diżastri naturali swew lid-dinja
      $608 biljun!
     Rappreżentant tal-Programm Ambjentali tal-Ġnus Magħquda (UNEP) qal fis-
      seba‟ Konferenza tal-Konvenzjoni tat-Tibdil tal-Klima ta‟ l-ONU (COP-7), li
      saret fil-Marokk f‟Novembru 2001, li l-ħsad ta‟ x‟uħud mill-ħxejjex ewlenin


                                                4
       tad-dinja, bħall-qamħ, ross u qamħirrun jista‟ jonqos b‟sa 30% fil-mitt sena li
       ġejjin, minħabba l-global warming. Qed jibżgħu li bdiewa ddisprati jiġu
       sfurzati li jiċċaqilqu lejn żoni ta‟ muntanji aktar fil-għoli u allura aktar kiesħa.
       Dan jagħmel pressoni akbar fuq foresti delikati u jhedded il-wildlife kif ukoll
       il-kwalità u l-kwantità tal-provisti ta‟ l-ilma. Dawn is-sejbiet ġodda jindikaw li
       numri kbar ta‟ nies rurali f‟pajjiżi li qed jiżvilluppaw diġa qed iħabbtu
       wiċċhom ma ġuħ kbir u malnutrition.


 Diġa hemm 25 miljun ruħ li spiċċaw refuġjati minħabba raġunijiet ambjentali


Mistoqsijiet għar-riflessjoni:
    F’li qed taqra qed issib affarjiet li ma smajtx bihom?
    Kif qed jolqtuk il-fatti msemmija aktar ’il fuq?


Is-sitwazzoni prekarja tad-dinja bħalissa hi minhabba l-konsum esaġerat, mhux
  tat-80% tal-popolazzjoni li tgħix fil-faqar f’żewġ terzi mill-art imma tal-20%
                  sinjuri li jikkonsmaw 86% tal-ġid tad-dinja.



X’tgħid it-tradizzjoni tal-fidi tagħna?
Teoloġija effikaċi għandha bżonn li tkun imsejsa fuq fatti xjentifiċi dwar il-vjaġġ kbir
u kumpless ta‟ l-univers.

San Bonaventura, fil-passi ta‟ San Franġisk, elabora teoloġija fuq is-Sagramentalità
tal-Ħolqien, li hi l-marka ta‟ Kristu fuq id-dinja maħluqa. Id-dinja hi animata mis-
Sagru. Kull ħaġa maħluqa hi sinjal u rivelazzjoni tal-Ħallieq li jħalli l-marka tiegħu
kullimkien. Il-qerda intenzjonali ta‟ kwalunkwe aspett tal-ħolqien hi l-isfigurar ta‟ l-
immaġini ta‟ Kristu fil-ħolqien kollu. Kristu jsofri mhux biss meta lin-nies jiċħdulhom
id-drittijiet tagħhom u jisfruttawhom, imma anki meta ibħra, xmajjar u foresti jiġu
desagrati. Meta l-ħolqien jiġi magħruf bħala sagramentli, bħala rivelazzjoni li teħodna
għand Alla, ir-relazzjoni tagħna ma‟ l-oħrajn hija wkoll sfidata biex tinbidel minn
waħda ta‟ dominanza u poter għal waħda ta‟ reverenza u rispett.


Ir-reliġjużi għaliex għandhom jippreokkupaw u jinvolvu ruħhom fuq
problemi ekoloġiċi?
Id-dinja kapaċi iġġarrab ħafna, imma ma tistax tibqa‟ sejra hekk għal dejjem mingħajr
ma tpoġġi l-ħajja ta‟ l-umanità fil-periklu. Aħna qegħdin f‟pożizzjoni li nagħmlu xi
ħaġa dwar dan.

Dokument papali ta‟ importanza kbira, iddedikat biss għall-problemi ambjentali u fuq
l-iżvilupp, intitolat: Paċi ma’ Alla l-Ħallieq, Paċi mal-Ħolqien kollu, (1 Jannar 1990),




                                              5
hu sejħa biex “L-insara, b‟mod partikolari, jirrealizzaw li dmirhom lejn in-natura u l-
ħolqien huwa parti essenzjali mill-fidi tagħhom” (n.15).

Il-fatt li Alla hu s-Sid tal-ħolqien, iħajjarna nikkonsidraw il-ġustizzja soċjali mhux
biss bħala relazzjoni ġusta bejn in-nies imma anki bejn il-ħolqien l-ieħor. Il-ħolqien
għandu jingħaraf bħala komunità ta‟ esseri magħqudin bejniethom u bejn it-Trinità
Qaddisa. L-integrità ekoloġika hi parti essenzjali tat-tradizzjonijiet tal-fidi kollha, u hi
tema importanti fejn id-djalogu, il-kollaborazzjoni u l-ftehim reċiproku jistgħu jiġu
promossi.

Il-knejjes u l-gruppi ta‟ reliġjonijiet differenti fuq it-tibdil tal-klima, diġa huma
involuti ħafna. F‟dan l-ambjent ekumeniku, aħna għandna nersqu lejn insara oħrajn,
kif ukoll lejn nies ta‟ reliġjonijiet differenti li qed jaħdmu fuq din il-problema.

Din hi l-isfida tal-lum:
 Aħna nies li nistgħu nagħrfu s-“sinjali taż-żminijiet”.
 Aħna tgħallimna nużaw id-dixxerniment.
 Għandna riżorsi u networks stabbiliti, u metodi biex inwasslu l-messaġġ u t-
     twissija tal-global warming.
 Permezz ta‟ l-ispiritwalità u l-kariżmi tagħna, għandna impenn għar-
     rikonċiljazzjoni u r-restawr ta‟ l-armonija.
 Aħna msejħin biex nagħmlu xogħol profetiku.
 Aħna nies li niġu minn etika ta‟ ġid komuni u minn etika ta‟ solidarjetà ma‟
     dawk muġugħa u fil-bżonn tal-kura.

L-iskop tagħna bħala reliġjużi rġiel u nisa, hu li nikkontemplaw is-sbuħija u l-
preżenza ta‟ Alla f‟kollox. Kontemplazzjoni ta‟ dan it-tip twassalna għall-metanoia,
għall-konverżjoni tal-qalb, li hi post tajjeb għalina lkoll biex nibdew nirrispondu
għall-kriżi li l-pjaneta tagħna, id-dar tagħna, il-ħolqien ta‟ Alla, għandha ma‟ wiċċha
fil-bidu ta‟ millenju ġdid.

Il-mod kif nirrispondu se jiddependi mill-post fejn ngħixu. Għal dawk li jgħixu
f‟soċjetajiet u pajjiżi kkaratterizzati mill-konsumeriżmu u mill-valuri materjalistiċi, il-
metodi biex ngħixu f‟armonija mal-ħolqien se jkunu differenti minn ta‟ dawk li jgħixu
f‟soċjetajiet u pajjiżi fejn ikollok xorti ssib il-bżonnijiet essenzjali biex tgħix b‟dinjità
umana.

Mistoqsijiet għar-Riflessjoni:
    Tiċħad li r-reliġjużi għandhom jinvolvu ruħhom fi problemi ekoloġiċi?
    Hemm xi raġunijiet oħra għala r-reliġjużi għandhom jinvolvu ruħhom?
    X’atteġġjamenti tara f’ħutek dwar temi ambjentali?


Lejn Etika Ambjentali Nisranija
Elementi importanti ta‟ etika ta‟ solidarjetà jinkludu:
    apprezzament tal-valur tal-ħolqien,
    l-għarfien ta‟ l-ambjent bħala ġid komuni,
    stutturi istituzzjonali neċessarji għall-ġid komuni u
    l-għaqda bejn l-ambjent u l-iżvilupp.


                                               6
Kull etika ambjentali xierqa tgħaqqad strateġiji għal żvilupp ekonomiku ma‟ dawk ta‟
bilanċ ekoloġiku.


      L-ewwel ħaġa ewlenija għal kull etika hi għarfien ta’ ħaddieħor u tar-
                     responsabiltà tiegħi lejn ħaddieħor


Bl-għarfien ta‟ ħaddieħor bħala entità indipendenti u billi nagħtih il-valur xieraq, jien
irrid inġib ruħi b‟mod li juri rispett lejn ħaddieħor. Il-ħsieb li l-ħolqien, minbarra l-
bniedem, qiegħed biss biex iservih wassal għal degradazzjoni ambjentali kbira. Il-
viżjoni ta‟ l-iskrittura, San Franġisk, Hildegard ta‟ Bingen u ħafna mistiċi oħrajn
tissuġġerixxi li l-ħolqien għandu dimensjoni morali indipendenti, miġjuba fl-eżistenza
bl-imħabba ta‟ Alla.


    Aħna konxji li hemm ġid internazzjonali li hu akbar mil-konfini lokali u
                                 nazzjonali.


L-istat tajjeb tal-oċeani, foresti, l-atmosfera, annimali, ħut u pjanti issa sar
preokkupazzjoni li jmur lil hinn minn sempliċiment stati nazzjonali u l-gvernijiet
tagħhom. Problemi ambjentali jobbligawna li nagħtu tifsira ġdida lill-ġid komuni
f‟termini globali. Meta nikkonsmaw riżorsi aktar malajr milli jistgħu jiġu rrestawrati
jew naħlu riżorsi li ma jiġġeddux mingħajr ma nagħtu każ tal-bżonnijiet ta‟
ġenerazzjonijiet futuri nkunu qed nisirqu l-kapital tagħhom. Leonardo Boff jitkellem
dwar l-umanità bħala l-kuxjenza tad-dinja. Riflessoni bħal din tgħinna ħafna biex
nerġgħu nevalwaw l-għaqda profonda bejn il-ħolqien. Waqt li l-persuna umana
għandha post u rwol uniku fil-pjan ta‟ Alla għall-univers, persuna ma tistax teżisti
għal żmien twil mingħajr relazzjonijiet tajbin ma‟ l-ambjent ta‟ madwarha. Il-persuna
umana għandha bżonn il-ħolqien biex tgħix waqt li l-ħolqien m‟għandux bżonn tal-
persuna umana.

Illum hu meħtieġ li jiġu żviluppati strutturi li kapaċi jipproteġu l-ambjent tad-dinja.
Dan ifisser tiżviluppa u żżomm istituzzjonijiet internazzjonali bħall-Ġnus Magħquda
u ftehim internazzjonali bħall-Protokoll ta‟ Kjoto.


    L-ambjent imur lil hinn mill-kompetenza ta’ stati nazzjonali individwali.



X’nistgħu nagħmlu ISSA?
Integrità ekoloġika vera tista’ tinkiseb biss bi sforz konsapevoli minn kullħadd.
Il-“Kriżi ambjentali” hi essenzjalment kriżi ta‟ valuri. Għandna bżonn bidla fl-
attitudni biex naraw id-dinja b‟mod differenti. Minbarra l-bidliet li nistgħu nagħmlu
fl-istil ta‟ ħajjitna ta‟ kuljum, hu importanti li naħdmu għal bidla fil-policies fuq il-
livelli nazzjonali u internazzjonali. Din tinvolvi sejħa għal konverżjoni ekoloġika, (cf,



                                             7
Papa Ġwanni Pawlu II, 17 ta‟ Jannar 2001) biex nifhmu aħjar it-tibdil tal-klima u
problemi ekoloġiċi. L-edukazzjoni hi meħtieġa biex tqajjem in-nies mhux biss għaċ-
ċirkonstanzi li jheddu d-dinja, imma anki għall-misterju li jsostni kull eżistenza.

Mela x‟jistgħu jagħmlu ir-reliġjużi? Hawn ftit ideat:
    Ir-reliġjużi jistgħu juru xi metodi kif tikkonserva r-riżorsi. L-impenn tagħna
       għal communal lifestyle jagħtina opportunità unika bien inkunu minn ta‟
       quddiem fil-konservazzjoni u r-riċiklaġġ.
    X‟uħud minna li għandhom tagħrif aħjar fuq it-tqassim tas-sitwazzjoni jafu
       diġa għamlu tibdil fl-istil ta‟ ħajja u huma nvoluti f‟azzjoni politika għall-
       bidla.
    Għal oħrajn, l-informazzjoni li hawn f‟dan il-fuljett hi l-bidu biex jifhmu l-
       urġenza tas-sitwazzjoni.
    Ir-reliġjużi ta‟ spiss ikollhom kuntatt mal-NGOs lokali ambjentali u hu
       possibli li tieħu sehem f‟xi wħud mill-proġetti jew kampanji tagħhom. Iċċekja
       l-global climate action network website għall-NGOs f‟pajjiżek li jiffokaw fuq
       it-tibdil tal-klima.
    Stieden ambjentalisti biex jitkellmu mal-komunitajiet.
    Aħdem ma refuġjati bla art, imċaqalqa u għin il-kawża tagħhom għall-art, ilma
       u foresti.
    X’aktar…?


    Kont taf li għall-ewwel darba fl-istorja għandna ftehim internazzjonali (il-
Protokoll ta’ Kjoto) li jorbot legalment fuq protezzjoni ambjentali biex jitnaqqsu
  l-greeenhouse gases? Imma biex jiġi fis-seħħ, irid jiġi ratifikat minn 55 pajjiż
 (s’issa hemm 46). Barra minn hekk ir-ratifikazzjonijiet iridu jinkludu pajjiżi li
  jipproduċu 55% tal-emmisjonijiet tal-greenhouse gases fid-dinja, li jfisser li l-
    parti l-kbira tal-pajjiżi industrijaliżżati jridu jirratifikaw. S’issa kienu ftit.


Individwalment u flimkien nistgħu nagħmlu dan li ġej:

Nirriċiklaw/nerġgħu nużaw…
    Nirrevedu d-drawwiet tal-konsumaturi, u nixtru jew nużaw affarjiet li
       m‟humiex ippakjati b‟ħafna xinxilli. Infittxu ditti tajbin „ħodor‟ għas-swapen
       tal-ħwejjeġ u tal-platti kif ukoll għall-affarjiet tat-tindif.
    Nirriċiklaw kull ma nistgħu: plastik, qxur tal-frott u tal-ħaxix frisk, karti u
       kartun, ħġieġ u bottijiet.
    Għamel compost heap. Żid ukoll ftit dud flimkien ma weraq, zkuk u skart
       ieħor tal-ġonna u l-compost jibda jservi ta‟ demel naturali u ta‟ benefiċċju kbir
       għall-ħamrija.
    Inkuraġġixxi ‟l dawk li jimmanifatturaw biex jerfgħu r-resonsabbiltà biex
       jirriċiklaw jew jarmu partijiet użati f‟affarjiet bħal settijiet tat-televixin u
       kompjuters.
    X’aktar…?

Naqqas…
   Naqqas l-użu ta‟ l-ilma.
   Naqqas id-dipendenza fuq il-karozza tiegħek.


                                             8
      Naqqas il-ħruq ta‟ materjal li ma jistax jiġi riċiklat.
      Naqqas l-emissjonijiet tas-CFCs jew tas-sostituti tagħhom billi ma tużax
       bottijiet ta‟ l-isprej u billi tuża appliances li ma jaħlux.
      Naqqas il-konsum tad-dawl billi tuża compact fluorescent lighting.
      X’aktar…?

Fakkar…
    Lill-gvernijiet lokali fl-impenn tagħhom għar-riċiklaġġ u t-tnaqqis ta‟ l-iskart
      u biex iżommu l-liġijiet tagħhom fuq ir-riċiklaġġ u r-rimi ta‟ l-iskart aġġornati.
    Fakkar bis-sħiħ lin-negozji lokali biex jissimplifikaw l-ippakjar tal-prodotti
      tagħhom.
    Fakkar l-awtoritajiet lokali biex jibżgħu għad-dawl u biex jużaw apparat
      elettriku effiċenti.
    Fakkar il-gvernijiet nazzjonali fl-impenn tagħhom lejn dikjarazzjonijiet u
      protokolli li għandhom x‟jaqsmu ma‟ l-ambjent.
    Fakkar lil kulħadd li tiltaqa‟ miegħu minn jum għall-ieħor biex jgħixu bil-qies
      fid-dinja u biex jagħmlu “recycle-reduce-remind” il-prinċipju ewlieni ta‟ l-
      istil tal-konsum tagħhom.
    X’aktar…?

                 Involvi ruħek fil-promozzjoni ta’ l-Earth Charter
            http://www.earthcharter.org li hu maqlub f’ilsna differenti


     Ikkuntattja id-Dipartiment ta’ l-Ambjent u politkanti f’pajjiżek. Staqsi
x’inhuma jagħmlu biex ipoġġu d-dettalji tal-Protkoll ta’ Kjoto fil-prattika. Jekk
    tgħix fl-Istati Uniti, li ħareġ mill-Protokoll ta’ Kjoto, ikteb lill-President u
 staqsih jerġa jikkonsidra li jissieħeb fil-ftehim. Ikkuntattja il-koordinatur tal-
Ġnus Magħquda lokali (is-soltu jkun ibbażat fl-uffiċju tal-programm ta’ żvilupp
 tal-Ġnus Magħquda fil-pajjiż tiegħek, biex issir taf liema proġetti li għandhom
   x’jaqsmu mat-tibdil tal-klima għaddejjin minn organizzazjonijiet tal-Ġnus
                                    Magħquda f’pajjiżek.)
           Il-lista tal-pajjiżi li rratifikaw/ma rratifikawx il-Protokolli tinsab
                                     http://www.unfccc.int


Għar-Riflessjoni u t-Talb
Wara li tkun qrajt dan il-fuljett sempliċi aħna nissuġġerixxu li tiltaqa‟ fil-kommunità
jew ma‟ sħabek għar-riflessjoni u għat-talb komunitarju.

Ħejji post sempliċi għat-talb… skutella ilma, xemgħa, ftit ħamrija.

Sejħa għat-talb:

“Il-ħarsien tal-ambjent hi wara kollox sejħa biex tirrispetta l-ħolqien kollu u biex
tiżgura li l-attività umana, waqt li tbiddel id-dinja, ma teqridx il-bilanċ dinamiku li
jeżisti bejn il-ħlejjaq kollha li jiddependu fuq l-art, arja u ilma għall-istess eżistenza
tagħhom. Il-problema ambjentali saret ta‟ importanza fundamentali għas-soċjetà,
għall-ekonomija u għall-politika għaliex żdied il-livell ta‟ degrazzjoni, li spiss tolqot


                                              9
b‟mod kiefer lis-setturi fqar tas-soċjetà. Ir-riskju tat-tibdil tal-klima u tan-numru
dejjem jikber tad-diżastri ambjentali jwasslu għall-mistoqsija ta‟ fejn sejra s-soċjetà
moderna. Il-qabża dejjem tikber bejn is-sinjur u l-fqir ma tista‟ tħalli ‟l-ħadd
indifferenti, lanqas jistgħu l-użu esaġerat tar-riżorsi u ż-żieda fir-rata tat-telfien ta‟ l-
ispeċi.” Kardinal François Xavier Nguyen Van Thuan, Pres. Kunsill Pontifiċju għall-
Ġustizzja u l-Paċi.

Itolbu flimkien is-Salm 148 (vs. 1-10)

Mument ta’ silenzju biex tirrifletti fuq il-mistoqsijiet li ġejjin:
Int u taqra dan il-fuljett, x’impressjonak l-aktar?
X’attitudnijiet issib ġewwa fik?
Innotajt xi sinjali ta’ global warming fil-post fejn toqgħod?
Id-dokumenti tal-kongregazzjoni tiegħek (Kostituzzjoni, Atti Kapitulari, eċċ.)
jirreferu b’xi mod għar-rispett lejn il-ħolqien?
Il-konferenza ta’ l-Isqfijiet Nazzjonali tiegħek ħarġet xi messaġġ fuq il-global
warming?
Dak li qrajt, x’jitlob mill-Knisja lokali?
Sejħa għall-Azzjoni:
X’azzjonijiet konkreti se tieħu biex twieġeb għal-preokkupazzjoni tiegħek fuq il-
global warming?

Talba ta’ l-Egħluq

                         Ħallihom ifaħħruk il-ħlejjaq kollha,
                      u l-aktar id-dawl sfiq ta’ Oħtna x-Xemx,
                         li twelled il-jum ġdid, u bl-isfa dija
                       turi, Mulej, li ogħla minnek m’hemmx.

                       Mulejja tkun imfaħħar f’Ħuna l-Qamar,
                       fil-kwiekeb sbieħ ġo sema kbir, leqqien;
                      u f’Ħuna r-Riħ, fis-sħab, f’taqlib, fi bnazzi
                         li bihom tgħajjex, b’seħer, il-ħolqien.

                       Mulej, ħa tkun imfaħħar f’Ħuna l-Ilma,
                           irżin u safi wisq, meħtieġ qatigħ;
                       u f’Ħuna n-Nar li jagħti d-dawl fl-iljieli,
                          sbejjaħ u kollu ħajja, qawwi, sħiħ.

                      U f’Oħtna l-Art, Mulej ħa tkun imfaħħar;
                        aħna nqisuha wkoll b’Ommna ħanina
                     la hi minn ħdanha trodd, biex aħna ngħixu,
                     ħxejjex, ilwien ta’ ward, u l-frotta bnina …

                          Ejjew infaħħru lill-Mulej u Sidna
                        u niżżuh ħajr, għal dejjem inberkuh;
                       bla xejn kburija f’qalbna, b’qima kbira
                       ninxteħtu lkoll f’riġlejh sabiex naqduh.

            Forma mqassra tal-Kantiku tal-Ħlejjaq (San Franġisk t‟Assisi)


                                              10
Għall-informazzjoni biex tikseb tagħrif aħjar fuq is-suġġett u x’tista’
tagħmel:
Għażla ta’ web sites u riżorsi oħrajn (ħafna huma b’diversi ilsna)
1. Greenpeace: http://www.greenpeace.org/
2. Climate Voice: http://www.climatevoice.org/
3. “Earth Charter”- http://www.earthcharter.org/
4. Friends of the Earth: http://www.foei.org/
5. Planet Ark: http://www.planetark.org/index.cfm
6. International Institute for Sustainable Development: http://www.iisd.ca/
7. Union of Concerned Scientists: http://www.ucsusa.org/warming/index.html
8. UN Framework Convention on Climate Change: http://www.unfccc.int
9. World Wildlife Fund: (spjega sempliċi fuq it-tibdil tal-klima f‟erba‟ lingwi)
    http://www.panda.org/resources/publications/climate/crisis/crisis.htm
10. UN Environment Program: http://www.unep.org/
11. UN Development Program:: http://www.undp.org
12. Food and Agriculture Organisation; http://www.fao.org
13. Alliance for Religions and Conservation: http://www.religionandconservation.org
14. Climate Action Network http://www.climatenetwork.org
15. World Council of Churches Climate Change Programme: Dr. David G. Hallman,
    WCC Climate Change Programme Coordinator, c/o The United Church of
    Canada, 3250 Bloor Street West, Toronto, ON, Canada M8X 2Y4 Tel: +1-416-
    231-5931 Fax: +1-416-231-3103 E-mail: dhallman@sympatico.ca

Riżorsi f’ilsna oħra

Ġermaniż:
http://www.hamburger-bildungsserver.de/welcome.phtml?unten=/klima/infothek.htm
http://www.klimaschutz.de/kbklima/
http://www.klimabuendnis.at/daskb/index.html
http://www.treibhauseffekt.com/

Franċiż:
http://www.agora21.org/mies/chan-clim1.html
http://fr.fc.yahoo.com/r/rechauffement.html

Spanjol:
http://www.pangea.org/personasenaccion/
http://www.ine.gob.mx/
http://www.lareserva.com/

Skrittura u dokumenti tal-Knisja

Ġenesi 1:1-2:3; 9:9-11
Esodu 3:7-10; 15:22-27; 23:10-12
Levitiku 25:1-24
Għerf 11, 24-26
Isaija 11:1-9; 40:12-31
Danjel 3:57ff
Salmi 8; 19; 24; 104:16-23; 136; 148:1-4 & 7-10


                                          11
Proverbji 8:22-31
Mark 5:35-41
Mark 12, 29-31
Mattew 5,1-14
Mattew 12,22-34
Mattew 6:26-30
Luqa 16:19-31
Ġwanni 9; 12:23-26
Rumani 8:18-25
Kolossin 1:15-20
Apokalissi 21:1-5; 6:16-21
Rumani 8, 22-24
1 Korintin 3, 9

Dokumenti tal-Knisja fuq l-Ekoloġija

(Fittex għad-dokumenti tas-Sinodu ta’ l-Isqfijiet Nazzjonali tiegħek u għal dokumenti
reġjonali)
Messaġġ għall-Jum Dinji għall-Paċi mill-Papa Ġwanni Pawlu II (1 Jannar 1990): Paċi
ma’ Alla l-Ħallieq, Paċi mal-Ħolqien kollu
Katekiżmu tal-Knisja Kattolika: 299-301; 307; 339-341; 344 2415-2418
Enċiklika Populorum Progressio, 23, 24
Enċiklika Fides et Radio, 104
Enċiklika Centesimus annus, 37-38
Enċiklika Laborem exercens, 4
Enċiklika Mater et Magistra, No 196, 199
Ittra Appostolika Octogesima adveniens, 21
Enċiklika Redemptor hominis, 8, 15
Enċiklika Sollicitudo rei socialis, 26, 29, 34
Ittra Appostolika Octogesima Adveniens, 21

Ġranet għall-Ekoloġija u għall-Ambjent

22 ta’ Marzu          Jum Internazzjonali ta’ l-Ilma
22 t’April            Jum id-Dinja
22 ta’ Mejju          Jum Internazzjonali għad-Diversità Bijoloġika
5 ta’ Ġunju           Jum l-Ambjent Dinji
17 ta’ Ġunju          Jum Internazzjonali kontra d-Deżertifikazzjoni
16 ta’ Settembru      Jum il-Protezzjoni ta’ l-Ozone Layer



   Jekk għandek ideat, suġġerimenti jew kummenti fuq dak li fih dan il-fuljett
              ikkuntattja lid-Direttur tal-Laboratorju tal-Paċi:

                    Isem: Patri Dijonisju Mintoff
                    E-mail: pdmpeacelab@kemmunet.net.mt
                    Indirizz:     Laboratorju tal-Paċi
                                  Ħal Far ZRQ 06



                                          12

				
DOCUMENT INFO
Shared By:
Categories:
Stats:
views:16
posted:7/13/2010
language:Maltese
pages:12