12/2/1 - Skola by nidb17

VIEWS: 15 PAGES: 8

									Kodiċi: 20/2011

                                    LIĊEO TAL-BNIET – BLATA L-BAJDA

                                        EŻAMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2011
Kulleġġ Sant’ Injazju

Suġġett: Malti                                        It-Tieni Sena                                    Ħin: Sagħtejn

Isem u Kunjom: ______________________                                             Klassi: ______________



Istruzzjonijiet lill-istudenti

1.   Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitluba.

2.   Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar.


________________________________________________________________________



GĦALL-UŻU TAL-GĦALLIEMA

                                                      SKEMA TA’ MARKI



 Mistoqsija              A          B           Ċ            D            E          F(i)      F(ii)       Ġ     TOTAL
     Marki               10        20             6          10           10         12         12        20        100
 Marki tal-
 istudenta


KUMMENTI

______________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________________

                                                                                             20/it-tieni sena/paġna 1 minn 8
SILTA GĦALL-ISTĦARRIĠ
Aqra sewwa s-silta u wieġeb il-mistoqsijiet.

                        Id-Delizzju tal-Kollezzjoni tal-Bolli

                                               Il-prinċipji bażiċi f’kollezzjoni ta’ bolli huma li tieħu
                                               pjaċir iġġemma’ l-bolli, kif ukoll li tieħu ħsieb l-istess
                                               kollezzjoni. B’dan f’moħħok tista’ tibda ġġemma’
                                               kull tip ta’ bolla. Il-filatelija tista’ tgħallmek affarijiet
                                               ġodda dwar pajjiż jew tema partikolari. (par. 1)

                                               X’se nġemma’? Din hija mistoqsija li jagħmlu ħafna
                                               tfal li jitħajru jibdew dan id-delizzju. Ħafna huma
                                               dawk li jġemmgħu bolli ta’ pajjiż partikolari,
                                               pereżempju ta’ Malta biss. Oħrajn jibdew kollezzjoni
                                               b’tema partikolari magħrufa bħala tematika. Fost temi
                                               popolari nsibu dawk ta’ fjuri, karozzi, vapuri, kif ukoll
                                               personaġġi famużi. Imbagħad jeżistu dawk li
                                               jġemmgħu kull tip ta’ bolla, u aktar ma jkollhom aktar
                                               ifittxu biex iżewqu l-kollezzjoni tagħhom. (par. 2)

Meta tibda kollezzjoni, tajjeb tibda b’xi ħaġa bażika. Din tista’ tibdieha billi toqgħod attenta għall-
ittri li tirċievi d-dar. Bolli użati, minflok jintremew, jistgħu jibdew jitwarrbu u jinġabru fi gruppi
skont id-disinn ta’ fuqhom. Tista’ wkoll tixtri pakkett ta’ bolli użati mill-posta u b’hekk ikollok
ammont ta’ bolli biex tibda. L-importanti hi l-attenzjoni u l-mod kif terfa’ dawn il-bolli u, bħal kull
kollezzjoni, l-aktar importanti hu li tibda. (par. 3)

Jenħtieġ iżda, li tibda tieħu ħsieb il-kollezzjoni tiegħek. Qatt taqbad il-bolli b’idejk. Kemm jista’
jkun għandek taqbadhom b’pinzetta biex tħalli mill-inqas fingerprints fuqhom. L-għaraq tal-idejn u
t-trab li jista’ jeħel miegħu biż-żmien jistgħu jtellfu mill-kwalita` tal-bolla. Meta trid tara bolla
sewwa, dejjem uża sfont abjad taħtha, pereżempju tip ta’ karta xuga. B’hekk, il-kuluri, kif ukoll xi
difetti li jista’ jkollha l-bolla joħorġu aktar ċari. (par. 4)

X’se nixtri? Kulma trid huma par pinzetti, ftit envelopsijiet, karta xuga bajda u kaxxa tal-kartun.
Fuq kull envelop, ibda ikteb it-tema tal-bolli ħalli tibda mill-bidu torganizza l-kollezzjoni tiegħek.
It-titlu jrid ikun qasir ħalli tagħmel l-affarijiet faċli, pereżempju: Muturi. Meta tlesti, importanti li
terfa’ kollox fil-kaxxa ħalli darba oħra ssib kollox f’postu u pulit. (par. 5)

                           (Addattament minn kitba ta’ Daniel Mangani – Sagħtar, Novembru 2008)


A. FEHIM IT-TEST                                                                                (10 marki)

1.   Liema huma l-prinċipji l-aktar importanti f’kollezzjoni tal-bolli?

     ____________________________________________________________________

     ____________________________________________________________________                                (2)
                                                                             20/it-tieni sena/paġna 2 minn 8
2.   X’inhi t-tematika f’kollezzjoni tal-bolli?

     ____________________________________________________________________                               (1)

3.   Semmi tnejn mit-temi l-aktar popolari fil-kollezzjoni tal-bolli.

     _______________________________________________________________________

     _______________________________________________________________________                            (2)

4.   X’jista’ jagħmel wieħed b’bolli użati?

     ________________________________________________________________________

     ________________________________________________________________________                           (2)

5.   X’jiġri jekk taqbad il-bolli b’idejk?

     ________________________________________________________________________                           (1)

6.   X’għandek bżonn biex taqbad kollezzjoni tal-bolli?

     ________________________________________________________________________

     ________________________________________________________________________                           (2)

B. GĦARFIEN IL-LINGWA                                                                          (20 marka)

(i) ANALIŻI TESTWALI
7.   Il-filatelija tista’ tgħallmek... (par. 1)

     Għal min qiegħed jirreferi l-pronom ek fil-kelma tgħallmek?

     _______________________________________________________________________                            (1)

8.   Ħafna huma dawk li jġemmgħu bolli ta’ pajjiż partikolari, pereżempju ta’ Malta biss.
     (par. 2)

     Liema hija l-kelma li qiegħda tgħaqqad l-ewwel parti mat-tieni parti tas-sentenza?

     _______________________________________________________________________                            (1)

(ii) SINTASSI/SENTENZI
9.   Ikteb is-sentenza mod ieħor mingħjr ma tbiddel is-sens tagħha.

     Fuq kull envelop, ibda ikteb it-tema tal-bolli ħalli tibda mill-bidu torganizza l-kollezzjoni
     tiegħek. (par. 5)

     ________________________________________________________________________                           (2)

                                                                            20/it-tieni sena/paġna 3 minn 8
10. Aqleb is-sentenza fis-singular.

    Bolli użati, minflok jintremew, jistgħu jibdew jitwarrbu u jinġabru fi gruppi skont id-
    disinn ta’ fuqhom. (par. 3)

    ________________________________________________________________________

    ________________________________________________________________________                           (2)


(iii) LESSIKU/VOKABULARJU
11. Agħti kelma/kelmiet oħra minflok:

     a) ammont (par. 3) ______________________________                                                 (1)

     b) fingerprints (par. 4) ____________________________                                             (1)

12. Sib kelma mit-tieni paragrafu li tfisser: passatemp _____________________                          (1)

(iv) GRAMMATIKA U MORFOLOĠIJA
     Wieġeb skont kif mitlub minnek.
    Il-pulizija mill-għassa ta’ Ħal Lewża qiegħda tinvestiga l-każ ta’ nirien li ħakmu balal tat-tiben
    u li nfirxu f’maħżen fi Triq il Friefet li tinsab bejn it-Telgħa ta’ Tatu u l-knisja ta’ Ħal Beraq.
    (par. 1)
     In-nirien bdew għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu. Jidher li n-nirien infirxu lejn maħżen fejn
     travu tal-injam ċeda u kkawża toqba fil-maħżen. Trakk u mutur li kien hemm ipparkjati
     quddiem il-maħżen ukoll ġarrbu xi ħsarat meta nħakmu min-nugrufun. (par. 2)
                                              (Silta minn Oħroġ Il-Għerf – Grammatika Bil-Livelli – 2)

13. Mill-ewwel paragrafu sib u ikteb verb dgħajjef. ________________________________                   (1)

14. Agħti l-mamma u l-għerq tal-verb: bdew

     a)Mamma - ________________________             Għerq - __________________________                 (2)

     b) Għid x’tip ta’ verb dgħajjef hu l-verb: bdew - _______________________________                 (1)

15. Agħti l-mamma u l-għerq tal-verb: ġarrbu

     Mamma - ________________________             Għerq - ____________________________                 (2)

16. Oħroġ verb min-nom: maħżen - _____________________________________________                         (1)

17. Oħroġ nom mill-verb: nħakmu - ____________________________________________                         (1)

18. Agħti z-zokk morfemiku tal-verb: kkawża - ___________________________________                      (1)

19. Oħroġ żewġ kelmiet miz-zokk morfemiku: park - _______________ ______________                       (2)


                                                                           20/it-tieni sena/paġna 4 minn 8
Ċ. L-ASPETT SIMBOLIKU FL-ISFOND LINGWISTIKU POPOLARI (6 marki)

      Qwiel – Xiri u Negozju

1.   Irranġa l-qwiel u agħti t-tifsira tagħhom.

     a) jiġġieled ħażin mgħallem mal-għodda

     ______________________________________________________________________                    (1)

     Tifsira - _______________________________________________________________                 (1)

     b) jidħol is-self u jidħaq jibki joħroġ

     ______________________________________________________________________                    (1)

     Tifsira - _______________________________________________________________                 (1)

     Idjomi – Alla u r-Reliġjon

2.   Agħti l-idjomi li għandhom it-tifsira.

     a) Ħalli f’idejn Alla u jmexxi Hu. - __________________________________________           (1)

     b) B’saħħtu kollha. - ______________________________________________________ (1)



D. ĦILIET FIL-MALTI KOMUNIKATTIV                                                      (10 marki)

F’madwar sittin kelma agħti deskrizzjoni ta’ persuna li tammira.




                                                                   20/it-tieni sena/paġna 5 minn 8
E. TIFTIX - TRAWWIM KULTURALI – SEHEM IL-MALTI FIL-KULTURA                                     (10 marki)

F’madwar sittin kelma agħti tagħrif dwar poeta/poetessa tradizzjonali jew modern/a li inti fittixt
dwaru/ha għall-proġett.




F. (i) LETTERATURA - NADRIET 2                                                              (12-il marka)

Wieġeb A, B, Ċ

                                  Ġejja x-Xita ta’ Mary Meilak

     A. Aqra l-istrofa u wieġeb il-mistoqsijiet.

                                       Il-qattusa ħiemda f’rokna,
                                       Togħrok, togħrok lil widnejha
                                       U t-tiġieġa tgerfex tgerfex
                                       Sħab ta’ trab qajmet b’dufrejha.

1.     Din l-istrofa tissejjaħ ___________________________________________________                     (1)

2.     Ir-rima ta’ din l-istrofa hija ______________________________________________                   (1)

3.     Din il-poeżija għandha versi: (endekasillabi, ottonarji, kwinarji)

       Agħżel it-tajba. - ______________________________________________________                       (1)

4.     Annimal ieħor li jissemma fil-poeżija huwa: _________________________________                   (1)

                                                                            20/it-tieni sena/paġna 6 minn 8
B.    F’madwar 25 kelma ikteb il-ħsieb tal-poeżija: Id-Dwejra ta’ Joe Friggieri.
      _____________________________________________________________________

      _____________________________________________________________________

      _____________________________________________________________________

      _____________________________________________________________________                         (5)

Ċ.         Univers Ieħor ta’ Dun Karm, Lejl tat-Tfulija ta’ Ġorġ Borġ, Fil-Menqa ta’
           Ġorġ Peresso, Settembru ta’ Wallace Ph. Gulia, Il-Ħajt tas-Sejjieħ ta’
           Rena Balzan

      Aktar Nadriet Poetiċi

      Agħżel poeżija waħda mil-lista u f’madwar 20 kelma ikteb dwar x’għoġbok fil-
      poeżija.
      _____________________________________________________________________

      _____________________________________________________________________

      _____________________________________________________________________
                                                                                                   (3)


F. (ii) LETTERATURA – PROŻA                                                             (12-il marka)

Nies Bla Sabar ta’ Temi Zammit

Ferħa Bla Temma, Bieżla u Għaqlija, Nies Bla Sabar
Agħżel storja waħda minn dawn it-tlieta u f’madwar tmenin kelma ikteb il-ġrajja ta’ karattru li
niltaqgħu miegħu /magħha fin-novella.




                                                                         20/it-tieni sena/paġna 7 minn 8
Ġ. KOMPONIMENT                                                     (20 marka)

Ikteb madwar 200 kelma dwar WIEĦED minn dawn.

1. Ma kinitx gidba li għidt!
2. Anzjan li joqgħod fit-triq tagħna
3. Meta kelli nieħu ħsieb ta’ oħti ż-żgħira
4. Ritratt li għandi għal qalbi
5. L-aktar ziju jew zija għal qalbi




                                                20/it-tieni sena/paġna 8 minn 8

								
To top