Your Federal Quarterly Tax Payments are due April 15th Get Help Now >>

istess tifsira ta kelma ohra by axUtrWCN

VIEWS: 282 PAGES: 4

									GLOSSARJU: Dan li ġej hu glossarju ta' figuri tad-diskors ewlenin li
   l-istudent tal-MaIti fil-livell SEC ikollu bżonn biex jitkellem dwar
   l-aspett retoriku u x-xejriet ewlenin ta' xogħol letterarju.

  A      Aferesi: Qtugħ ta' ittra jew sillaba fil-bidu ta' kelma.
                     Eż:      'mma minflok imma.

         Allegorija: Storja simbolika.
                      Eż:     Il-Jien u Lil Hinn Minnu ta' Dun Karm, La
      Divina Commedia ta' Dante Alighieri u d-dramm Anestesija ta'
      Oreste Calleja.

         Alliterazzjoni: Ripetizzjoni ta' l-istess ittra, li tista' tkun vokali jew
      konsonanti.
                      Eż:    il-pespus pespes pespisa.

          Allotropu: Il-mod kif kelma bl-istess tifsira tiġi murija b'modi
      differenti.
                      Eż:   dam flok diem.

         Anafora: Ripetizzjoni ta' kelma jew iżjed fil-bidu ta' versi wara
      xulxin.
                    Eż:     Ix-xemx tielgħa
                            Ix-xemx tielgħa
                            Ix-xemx tielgħa
                            kullimkien

         Antitezi: Tqegħid ta' kliem u kunċetti kontra xulxin.
                     Eż:     Fil-ferh in-niket.

         Antonomasja: Figura retorika li ninqdew biha flok l-isem proprju.
                   Eż:    minflok Dun Karm ngħidu il-poeta nazzjonali.

         Apokope:     It-tneħħija ta' ittra jew sillaba             f'tarf   il-kelma.
                      Eż:    manifk (flok manifku).

         Apostrofi: Meta l-poeta jindirizza lilu jew jitkellem ma' xi ħadd.
                     Eż:    Ja għasfur ċkejken dahqani.

         Arkaiżmu: Kliem jew frażijiet qodma.
                   Eż:     ħawtiel flok bieżel.

B      Ballata:   għanja ta' mħabba fl-istil tan-narrattiva popolari.
                   Eż: Katrin ta' L-lmdina ta' Dwardu Cachia (l858-l907).

¬       ¬esura: Waqfa li tkun mitluba mir-ritmu u li nsibuha lejn nofs
    il-vers.
                  Eż:    Kollox, kollox nagħti/nagħtik kulm'għandi.
                                          “Marija” ta' Karmenu Vassallo

       ¬irkumlokuzzjoni: Riferenza għal xi ħaġa b'mod indirett.
                  Eż:     dik li tiddi fil-firmament infinit ta' fuqna.
                Dan il-kliem kollu qiegħed jingħad minflok il-kelma stilla.

D      Distiku: Żewġ versi daqs xulxin bir-rima mbewsa. Bħala eżempju
    ara l-aħħar żewġ versi ta' sunett Shakesperjan.
                   Eż:    Nixtieq nistaqsi, bla ma nqajjem ġlieda
                          min qiegħed jgħanni l-isbaħ minna t-tlieta?
                                         “Tliet għannejja” ta' Ġorġ Pisani

         Duplikazzjoni: Ripetizzjoni ta' l-istess kelma jew l-istess ħsieb
    fl-istess vers jew versi:
                     Eż:    u mewġa, f’mewġa, f’mewġa
                            mewġ jogħla kullimkien

E      Eleġija: Poeżija tal-mewt:
                   Eż:      Tiftakar, Hi?           ta' Ġuże Delia.

       Eliżjoni: Nuqqas ta' tlissin ta' ittra jew sillaba minn kelma.
                   Eż:     Sant'Anton.

        Ellissi: Tħollija barra ta' kliem, iżda li mingħajrhom is-sens
    jinftiehem xorta.
                    Eż:     Mhux aħjar tagħlaq ...

       Enjambment: Meta s-sens ma jiqafx f'vers imma jibqa' sejjer f'vers
    ieħor.
                Eż:    Biss deherli li fil-ħolma rajt liż-żgħażagħ
                       qed jibqgħu għaddejjin lejn Għajn Tuffieħa!
                                “Ħolma ta' Żgħożiti” ta' Wallace Gulia.
       Esklamazzjoni: għajta ta' stagħġib!
                 Eż:     0 xemx! 0 sema! 0 art!

I      Iperbole: Esaġerazzjoni fil-kliem bil-għan li jasal aktar il-messaġġ.
                   Eż:   Seraq seba' mitt elf ħaġa.

L      Lirika:     Poeżija li turi espressjoni ta' sentiment.
                   Eż:    Oħroġ inti, xemx sabiħa,
                          reġġa' l-għana, reġġa' l-fwieħa,
                          Nessi l-biki, qsim il-qalb,
                          Reġġa' t-talb;
                          Int tfakkami f’art mistrieħa,
                          Xemx sabiħa!             “Ħsibijiet” ta' Ruzar Briffa.

M      Metafora: Mod kif nagħtu tifsira simbolika lill-kelma mingħajr ma
    jkun hemm xejn bejn il-ħaġa mqabbla u dak li nkunu qegħdin
    inqabbluha miegħu.
                  Eż:    Marija, warda Xandrija.

       Metatezi: Inverżjoni fit-tqegħid ta' ittri ġo kelma.
                   Eż:    altar minflok artal.

       Metonomija: Użu ta' kelma b'relazzjoni mal-kelma li titħalla barra.
                 Eż:     Nistħajjel għadhom fuqi
                         dawk ix-xmux li bisuni fit-tfulija
                                     “Żagħżugħ ta' dejjem” ta' Dun Karm

       Mistoqsija Retorika: Mistoqsija li tibqa' mingħajr tweġiba.
       Eż: U int, ja qamar ħlejju, qatt rajt isbaħ mis-siġra tat-triq tagħna?

N      Neoloġiżmu: Kelma ġdida li tidħol fil-lingwa u tiġi aċċettata.
                 Eż:    mitjar.

0   Onomatopea: Kliem li juri l-ħoss li jrid ifisser.
              Eż:    iċ-ċwievet iċekċku; ix-xita ttektek.
P   Paradoss: Fehma li hi, jew li tidher bil-maqlub ta' l-opinjoni
  ġenerali.
              Eż:    Triq imwarrba, fejn il-fqajjar,
                     għani aktar minn sultan.
                     “Il-għanja Tas-Seba' Niċeċ” ta' George Zammit
        Personifikazzjoni: Meta nagħtu kwalitajiet tal-bniedem lil xi ħaġa
    li mhijiex bniedem.
                    Eż:    lż-żgħażagħ, ħarsthom fl-għoli,
                           ħlief ħajja ma jarawx;
                           il-Mewt inkiss inkiss tiġi minn wara.
                                  “Il-Mewt taż-Żgħażagħ” ta' Marcell Mizzi.

R      Rima: Tqabbil ta' kliem fil-poeżija.
                 Eż:       Ħabib, ma nitħassrekx; nitħassar jiena
                           lil min ta ħajtu ma jagħrafx is-siwi
                           u jgħaddi l-jiem, ix-xhur u s-snin għajjiena,

                            u biss jaħseb li jgħix, għaliex fil-liwi,
                            taż-żmien iwaġġa' u tal-ħidma rebbieħa
                            bħala ragħda fil-bogħod jasallu d-diwi.
                                 “Lil Ġuże Muscat Azzopardi” ta’ Dun Karm

       Ritmu: Taħrik meqjus jew bilanċ fil-poeżija.

       Ritornell: Ripetizzjoni ta' vers jew strofa b'intervalli regolari.

S      Sarkażmu: Kummenti niggieża ta' xejra ironika.
                 Eż:  Kont il-warda tad-dinja u sirt il-miżbla,
                      minn kull xorta ta' qżież dieħel ġo fik,
                      inti tilqgħu u tifraħ, mara belha,
                      u d-dinja tidħak bik.
                                               “Lil Malta” ta' Dun Karm

       Similitudni: Xebh li fih ikun hemm il-kliem qisu, bħal, daqs eċċ.
                    Eż:    Marija qisha warda ħamra.

       Sinkope: It-tneħħija ta' ittra jew sillaba f'nofs il-kelma.
                   Eż:     qegħ'dhom.

       Sinonimu: Kelma li ftit jew wisq ikollha l-istess tifsira ta' kelma
    oħra.
                 Eż:    aħbar u bxara.

       (Meħuda minn ‘Nadriet 4’ ta’ Tarcisio Zarb (p.p. 18 – 20))
                                                          F.X. Cassar

								
To top